A A A
Language:

Media Release: National Import System – Qalba mis-sistema l-qadima għas-sistema l-ġdida

Dipartiment tad-Dwana 

Media Release: National Import SystemQalba mis-sistema l-qadima għas-sistema l-ġdida

 Kif diġa’ ġie imħabbar, id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed iniedi sistema ġdida ta’ IT għar-rilaxx ta’ merkanzija maħsuba għall-importazzjoni. Id-Dipartiment tad-Dwana javża illi ħa ħsieb li jħalli l-qalba mis-sistema l-qadima għas-sistema l-ġdida għal tmiem il-ġimgħa li ġej, u dan biex ma’ jiddisturbax lill-kummerċ. Il-qalba neċessarja se tkun qiegħda ssir taħt dawn l-arranġamenti:

  1. Is-sistema preżenti tal-importazzjoni (CES), is-sistema tal-esportazzjoni (NES) u s-sistema tal-manifest ser ikunu qed jintfgħew nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Lulju fis-1.30pm,
  2. Is-sistema tal-manifest ser tinxtgħel mill-ġdid nhar il-Ħadd, 30 ta’ Lulju fit-8.00am,
  3. Jekk ma jirriżultax xi problemi mhux previsti, is-sistema tal-esportazzjoni (NES)  u s-sistema l-ġdida tal-importazzjoni (NIS) ser ikun lesti għall-użu u jinxtgħelu mill-ġdid , nhar it-Tnejn, 31 ta’ Lulju fis-6.00am,
  4. Għal importazzjonijiet u esportazzjonijiet urġenti li jkunu jridu jsiru bejn il-Ġimgħa, 28 ta’ Lulju fis-1.30pm u t-Tnejn, 31 ta’ Lulju fis-6.00am, u li għalihom ma’ tkunx laħqet saret dikjarazzjoni elettronika qabel it-tifi tas-sistema l-qadima, għandha ssir dikjarazzjoni manwali mill-klijent,
  5. Operaturi ekonomiċi li jkunu jinħtieġu servizz ta’ emerġenza huma mitluba li jagħmlu kuntatt mall-uffiċju rispettiv jew jibgħatu ittra elettronika lid-Direttur tal-Osservanza u s-Sistemi, is-Sur Alan Mamo (alan.mamo@gov.mt),
  6. Il-klijenti huma mħeġġa sabiex iżuru s-sit elettroniku tad-Dipartiment (www.customs.gov.mt) li qed ikun kontinwament aġġornat bl-aħħar żviluppi.

 

Id-Dipartiment tad-Dwana, filwaqt li jibqa’ impenjat biex jillimita kull impatt negattiv, jiskuża ruħu għal kull inkonvenjent.