A A A
Language:

Stqarrija għall-midja - Sejba goffa u rari mid-Dwana fil-Posta

Fil-jiem li għaddew, Fizzjali tad-Dwana stazzjonati fl-uffiċju tal-Posta, f’Ħal-Qormi, għamlu sejba goffa, fl-istess ħin rari, meta f’kaxxa indirizzata lil persuna barranija residenti Malta sabu ġlud ta żewġ orsijiet (Bear skin u Lynx skin). Il-kaxxa kienet ġejja mir-Russja.

Peress li l-importazzjoni ta’ dawn l-ġlud hija projbita, minħabba li l-ispeċi huma protetti mil-liġi tas-CITES, il-ġlud ġew ikkonfiskati filwaqt li ġew mgħarrfa b’din is-sejba uffiċjali tal-ERA.

Iktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Sadanittant, fil-jiem u l-ġimgħat li għaddew, diversi pakketti b’sustanza ta’ droga ġew interċettati mill-Uffiċjali tad-Dwana, liema pakketti ġew mgħoddija lill-Pulizija għal aktar investigazzjoni. F’xi każi diġa tressqu nies il-Qorti, anki wara li l-Pulizija sabet iktar droga fir-residenzi tagħhom.