A A A
Language:

Press Release: Id-Dwana se ssaħħaħ ir-riżorsi tagħha


 Inkoraġġita minn riżultati konsistentament pożittivi li qed ikollha, id-Dwana Maltija ser tkun qiegħda issaħħaħ l-operat tagħha hekk kif se tiftaħ ingaġġ għal Fizzjali tad-Dwana.

Ir-reklutaġġ ta’ Fizzjali tad-Dwana ġodda se jkun qiegħed isegwi reklutaġġ ieħor ta’ 48 Assistent tad-Dwana li sar riċentament, reklutaġġ ta’ Dog Instrucor u reklutaġġ ta’ 4 Dog Handlers. B’dawn ir-reklutaġġi, id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed iżid il-preżenza tiegħu fuq il-fruntiera biex ikompi jagħti l-aħjar protezzjoni liċ-ċittadini, fl-istess ħin li jkompli bl-impenn tiegħu kontra l-kriminalita’ organizzata u importazzjonijiet illeċti.

Is-sejħa għal applikazzjonijiet għall-Fizzjali tad-Dwana tiftaħ nhar it-Tnejn 14 ta’ Mejju 2018 u tagħlaq f’nofsinhar ta’ nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Mejju 2018. Dawk li huma interessati japplikaw, jistgħu japplikaw billi jaċċessaw is-sit https://edurecruitment.gov.mt.