A A A
Language:

Stqarrija għall-Media. Eluf ta’ oġġetti maqbuda mid-Dwana se joħorġu għall-bejgħ bl-offerta

Id-Dipartiment tad-Dwana qiegħed joħroġ għall-bejgħ eluf ta’ oġġetti maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur. Il-bejgħ bl-offerta se jsir nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018 f’nofsinhar. Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti  li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mil-lum it-Tnejn 11 ta’ Ġunju 2108 sa daknhar tal-bejgħ (il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018 f’nofsinhar).  L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa, u l-ħinijiet tal-ftuħ huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-1230pm u l-4pm.

 Fost l-oġġetti għall-bejgħ hemm:

  • 23,700 flixkun b’xorb alkoħoliku u inbejjed kif ġej:     

-          12,500 flixkun inbid;

-          7,500 flixkun vodka;

-          3,200 flixkun whisky; u

-          500 lixkun xorb ieħor (liquers, gin, brandy, rum eċċ)

  • 11,000 par zarbun;
  • 9,600 tazza tat-te’;
  • 5,000 compact disc covers;
  • 96 pallet madum tal-ħajt;
  • karozza Mercedes Benz;
  • karozza Toyota Corolla;
  • torches;
  • 130 WCs; u
  • Sett sufan, pultruni u coffee table.