A A A
Language:

Stqarrija: Jinqabad idaħħal inbid u birra bil-kuntrabandu

Fizzjali mit-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, li kienu xogħol il-bieraħ, waqfu vann, b’reġistrazzjoni Taljana, li kien qed jipprova jdaħħal f’Malta kwantita ta’ kaxxi b’inbejjed, kif ukoll birra, li lkoll ma ġewx iddikjarati lid-Dwana u għaldaqstant kienu se jiddaħħlu f’Malta bil-kuntrabandu. Il-vann kien għadhu kif wasal Malta minn Pozzallo fi Sqallija.

Mit-tfittxija li saret irriżulta li sid il-vann kien qed iġorr 660 flixkun inbid u 156 birra. Ix-xorb kollu ġie kkonfiskat a favur id-Dipartiment tad-Dwana filwaqt li s-sid ġie mmultat €862.