A A A
Language:

STQARRIJA GĦALL-MIDJA: Persuna ser titressaq il-Qorti mixlija b’evażjoni ta’ €251,384 dazju, sisa u VAT

Fil-ħin li ġej il-Pulizija ser tipproċedi kriminalment kontra persuna  ta'  29 sena minn Ħal-Qormi talli l-bieraħ 19 ta' Lulju 2018,  ġewwa   San  Pawl   il-Baħar,   wara  ntervent   u  tfittxija   li  saret  mill-Uffiċjali tal-Pulizija, u sussegwentament minn membri tat-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, f’vettura tal-għamla Fiat Ducato, li ġiet interċettata fl-akwata  magħrufa bħala Tal-Veċċja, instab Ii kellu  fil-pussess u l-kontroll tiegħu, kif ukoll laqa' għandu, żamm  kif  ukoll  kellu  b'xi mod  x'jaqsam fil-ġarr,  twarrib,  ħabi jew  depozt  ta'  sigaretti   bla  dazju,   fi kwantita' kif  deskritt  hawn  taħt, u dan,  bil-ħsieb  li jiġi  ffrodat  il-Gvern  minn  Dazji   u t- Taxxa Ii  jkun imiss jitħallsu fuqhom, jew  biex tinħeles  xi projbizzjoni  jew  limitazzjoni tad-Dwana  dwar dawn il-1,087,000 sigarett kif ġej:

• 31 kaxxa b'50 kartuna b'200 sigarett kull kartuna kull kaxxa - Business Kings Red;
• 27 kaxxa b'50 kartuna b'200 sigarett kull kartuna kull kaxxa - Business Kings Lights;
• 25 kaxxa b'50 kartuna b'200 sigarett kull kartuna kull kaxxa - Business Royals King Size;
• 25 kaxxa b'50 kartuna b'200 sigarett kull kartuna kull kaxxa  - Richman;
• 22 kartuna b'200 sigarett kull kartuna - Business Kings Lights;
• 13-il  kartuna b'200 sigarett kull kartuna - Richman

Dawn is-sigaretti, li l-importazzjoni u l-pussess tagħhom hurna pprojbiti u/jew ristretti u/jew limitati, għandhom valur totali ta' €81,523.00, b’Dazju tas-Sisa dovut ta' €190,072.82, kif ukoll Dazju ta' Importazzjoni u Taxxa fuq il-Valur Miżjud (V.A.T.) li jammontaw għal €18,157.25 u €43,155.55 rispettivament, fejn liema Dazji u Taxxa ma kienux  ġew imħallsa u/jew kawtelati.

Is-sigaretti u l-vettura in kwestjoni ġew maqbuda  b’Noti  ta'  Qbid  Numru   118/2018 u 119/2018  rispettivament.