A A A
Language:

Stqarrija għall-Medja: Ħidma li ma taqta’ xejn mid-Dwana fl-ewwel sitt xhur tas-sena

Fl-ewwel sitt xhur tal -2018 (Jannar sa Ġunju), id-Dipartiment tad-Dwana kompla jirreġistra riżultati inkoraġġanti f’dak li hu infurzar hekk ġew rappurtati l-qabdiet kif spjegat fl-istatistika ta’ hawn taħt:

Statistika ta’ qabdiet
• 9,933,986 sigaretti tal-kuntrabandu u 78.2 kilogramm tabakk;
• 8 kilogrammi kannabis u 2 kilogrammi kokaina;
• 3 karozzi ġew maqbuda
• 19-il pakkett mill-posta b’ammonti żgħar ta’ droga li ġew riferuti lill-Pulizija;
• 99,570 oġġett kontrafatt (counterfeit), fil-maġġoranza tagħhom ħwejjeġ u żraben (8.938 biċċa ħwejjeġ u 76,572 par żarbun);
• 2,617 flixkun inbid u xorb alkoħoliku;
• 84 kaxxa mimlija pipe fittings; 
• 64 pakki mimlija basktijiet tal-plastik; u
• 3 ornamenti tal-ivorju 

Intant, biex seta’ jasal għal dawn ir-riżultati, id-Dipartiment tad-Dwana esegwixxa numru ta’ spezzjonijiet kif elenkat hawn isfel:

Statistika operattiva
• 99,075 spezzjonijiet f’bagalji b’apparat ta’ x-ray; 
• 9,532 kontejner li ġew eżaminati bil-container scanner;
• 12,425 tfittxija fiżika f’bagalji tal-passiġġieri;
• 3,648 titjira ġew magħżula għal spezzjonijiet estensivi;
• 2,422 spezzjoniji għal flus mhux dikjarati u nzammu €9,250 fi flus kontanti;
• 1,272 spezzjoni fuq vetturi mal-wasla minn Sqallija, li minnhom 243 vettura rrizulta li kellhom merkanzija x’jiddikkjaraw;
• 494 tfittxija fi ħwienet;
• 185 spezzjoniji ta’ solveljar fil-port għal movimenti ta’ kuntrabandu tal-fuel li minnhom ġew elevati 54 kampjun ta’ fuel għall-analizi;
• 81 tfittxija fuq il-persuna ta’ passiġġieri mal-wasla tagħhom f’Malta;
• 42 operazzjonijiet ta’ tfittxija konġunti ma Spetturi tal-VAT u/jew mal-Pulizija;
• 20 tfittxija abbord ajruplani mal-wasla fl-ajruport; u
• 24-il operazzjoni ta’ tfittxija fi swieq miftuħa.

Id-Dipartiment tad-Dwana għal darba oħra jtenni li l-kuntrabandu huwa reat kriminali serju ħafna li, f’każ ta’ ħtija quddiem il-Qorti, iġorr miegħu penali fiskali ħorox, konfiska tal-mezz tal-ġarr, konfiska tal-mezz tal-ħażna u, saħansitra, anki kkunsidrata piena karċerarja. Ikompli jappella għall-għajnuna tal-pubbliku billi jċempel b’mod anonimu fuq 2568 5124 jew 2568 5200.