A A A
Language:

Stqarrija għall-Media – Aktar minn 50,000 flixkun xorb alkoħoliku maqbuda mid-Dwana se joħorġu għall-bejgħ bl-offerta’

Bis-saħħa ta Artikulu 38, ta’ Kap 382 tal-Liġijiet ta’ Malta, id-Dipartiment tad-Dwana qiegħed joħroġ għall-bejgħ bl-offerta’ eluf ta’ fliexken b’xorb alkoħoliku, li jvarjaw bejn whisky, vodka, gin, bacardi, brandy, rum, xampanja, inbejjed u birer, maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur. Dan ix-xorb hu maqsum f’134 lott. Magħhom se joħorġu wkoll għall-bejgħ bl-offerta’ 5 lottijiet ta’ sigaretti u sigarri. B’kollox 139 lott.

Il-bejgħ bl-offerta’ se jsir nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru 2018, f’nofsinhar.

Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti  li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mit-Tnejn 1 ta’ Ottubru 2108 sa dakinhar tal-bejgħ(il-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru 2018, f’nofsinhar).  L-affarijiet jinsabu għall-wiri parti, 87 lott, fi Newport Bonded Stores, il-Marsa, u parti, 52 lott, f’Barriera Bonded Stores, fix-Xatt tal-Belt Valletta.

Aktar informazzjoni dwar il-kobor ta’ kull lott u l-prezz riservat (fejn applikabbli) jinstabu fuq il-formola tal-offerta’ li tista’ tinkiseb minn Newport Bonded Stores, il-Marsa (‘il ġewwa mit-Tinda tal-Patata)

Il-ħinijiet tal-wiri huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-1230pm u t-3.30pm.