A A A
Language:

Affarijiet tad-dar, prodotti tas-sbuħija, parts tal-karozzi, ġugarelli, prodotti elettroniċi, ħwejjeġ, żraben u żewġ vetturi maqbuda mid-Dwana se joħorġu għall-bejgħ bl-offerta’

Id-Dipartiment tad-Dwana qiegħed joħroġ għall-bejgħ bl-offerta’ affarijiet tad-dar, prodotti tas-sbuħija, parts tal-karozzi, ġugarelli, prodotti elettroniċi, ħwejjeġ, żraben u żewġ vetturi, maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur. Dawn il-prodotti qed jinqasmu f’diversi lottijiet. 
Il-bejgħ bl-offerta’ se jsir nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2019, f’nofsinhar.

Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti  li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mit-Tnejn 14 ta’ Jannar 2109 sa dakinhar tal-bejgħ (il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2019, f’nofsinhar).  L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa.

Aktar informazzjoni dwar il-kobor ta’ kull lott jinstabu fuq il-formola tal-offerta’ li tista’ tinkiseb minn Newport Bonded Stores, il-Marsa (‘il ġewwa mit-Tinda tal-Patata).

Il-ħinijiet tal-wiri huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-1230pm u t-3.30pm.