A A A
Language:

Uffiċjali tad-Dwana jelevaw kwantita ta' fliexken tal-inbid minn fuq l-ixkafef ta’ħanut f'San Gwann u xorb alkoħoliku minn ħanut fil-Birgu

Uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dwana, mit-Taqsima tal-Infurzar u mid-Direttorat tas-Sisa, dalgħodu elevaw, waqt eżerċizzju ta’ tfittxija għall-prodotti tal-kuntrabandu, 603 flixkun inbid minn fuq l-ixkafef ta’ ħanut f’San Gwann. Dawn l-inbejjed kienu qiegħdin jiġu offruti għall-bejgħ mingħajr ma kienu immarkati bl-istrixxa tas-sisa.

F’operazzjoni oħra fil-Birgu ġew elevati 21 flixkun whisky li ddaħħlu bil-kuntrabandu.

 d-Dipartiment tad-Dwana għal darba oħra jappella lill-pubbliku biex, jekk jiltaqa’ ma inbejjed, jew xorb alkoħoliku ieħor, li mhux fiskalment immarkat bl-istrixxa tas-sisa, jirrapporta anonimament fuq 2568 5124 jew 2568 5200.