A A A
Language:

Media Release: Taħriġ għall-Uffiċjali tad-Dwana

Numru ta’ Uffiċjali tad-Dwana il-bieraħ temmew taħriġ estensiv fuq servizzi ta’ intelliġenza li sar minn esperti ingliżi, membri tal-UK Border Force Targeting & Engagement. Il-kors kien mifrux kemm fuq aspetti teoretiċi, kemm fuq aspetti prattiċi, kif ukoll fuq użu tekniku ta’ apparat u teknoloġija moderna.
Id-Dipartiment tad-Dwana, filwaqt li jawgura lill-uffiċjali li għamlu dan it-taħriġ, jirringrazzja lill-esperti Ingliżi talli qasmu l-esperjenza vasta tagħhom mad-Dipartiment tad-Dwana ta’ Malta.
Dan kien wieħed mill-ħafna korsijiet ta’ taħriġ li d-Dipartiment tad-Dwana qiegħed jorganizza għall-impjegati tiegħu.  Korsijiet oħra ppjanati jkopru l-qafas legali doganali nazzjonali, il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, aspetti ta’ accounts u awditjar, aspetti ta’ analiżi tar-riskju, l-użu ta’ data mining tools u aspetti prattiċi ta’ infurzar.