A A A
Language:

Stqarrija għall-Media – Kwantita’ ta’ xorb alkoħoliku, birra, inbid, sigarri u tabakk tal-brim maqbuda mid-Dwana se joħorġu għall-bejgħ bl-offerta’

Id-Dipartiment tad-Dwana qiegħed joħroġ għall-bejgħ bl-offerta’ kwantita’ ta’ xorb alkoħoliku, birra, inbid, sigarri u tabakk tal-brim, maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur.
Dawn il-prodotti qed jinqasmu f’85 lott. Ix-xorb alkoħoliku jinkludi whisky, brandy, vodka, gin, rum, tequila, port, sherry, aperitives u liquers

Il-bejgħ bl-offerta’ se jsir nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu 2019, f’nofsinhar.
Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti  li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mit-Tnejn 25 ta’ Marzu 2109 sa dakinhar tal-bejgħ (il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu 2019, f’nofsinhar). 

 L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa.

Aktar informazzjoni dwar il-kobor ta’ kull lott jinstabu fuq il-formola tal-offerta’ li tista’ tinkiseb minn Newport Bonded Stores, il-Marsa (‘il ġewwa mit-Tinda tal-Patata)
Il-ħinijiet tal-wiri huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-1230pm u t-3.30pm.