A A A
Language:

Media Release: Id-diriġenti tad-Dipartiment tad-Dwana jiltaqgħu mal-E.T. l-President George Vella

Il-ħidma tad-Dipartiment tad-Dwana, kemm dik domestika kif ukoll dik internazzjonali, kienet diskussa f’laqgħa li d-diriġenti tad-Dwana kellhom mal-President ta’ Malta, l-E.T. Dr George Vella.

It-temi ewlenin ta’ din il-laqgħa kienu l-ġlieda tad-Dwaniet kontra t-traffikar tad-droga, il-kuntrabandu u l-ħasil tal-flus, in-non-proliferazzjoni u l-attenzjoni li jagħtu d-Dwaniet għall-movimen trans-nazzjonali ta’ oġġetti b’uzu doppju, sehem id-Dwaniet fl-impenn kollettiv kontra t-terrorizmu u l-iifinanzjar tat-terrorizmu, kif ukoll l-inizzjattivi li qiegħda tieħu d-Dwana Maltija fejn jirrigwarda r-reġjun tal-Mediterran.

Id-delegazzjoni tad-Dipartiment tad-Dwana kienet magħmula mis-Sur Joseph Chetcuti, Direttur Ġenerali tad-Dwana, u s-Sur Ian Muscat, Direttur inkarigat mill-Affarijiet Internazzjonali tad-Dipartiment tad-Dwana.

Joseph Chetcuti
Director General (Customs)