A A A
Language:

Media Release: Id-Dwana tinterċetta erba’ containers oħra fil-Freeport b’eluf ta’ ħwejjeġ u blalen tal-futbol kontrafatti (foloz)

Matul l-aħħar ġimgħat Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Propjeta' Intellettwali nterċettaw erba’ containersoħra li kienu qed iġorru eluf ta’ oġġetti tal-kuntrabandu kontrafatti (foloz):

  • mill-ewwel container ġew elevati 10,344 libsa falza ta' ditti rinomati;
  • fit-tieni container instabu 11,280 libsa u ħwejjeġ oħra ta' diversi ditti, ilkoll foloz;
għal total 21,624 biċċa ħwejjeġ.

  • mit-tielet container ġew konfiskati 14,580 ballun tal-futbol, immarkati b'marki ta' ditti rinoimati, meta effettivament kienu foloz ukoll; u
  • fir-raba’ container instabu 4,776 ballun tal-football ieħor falz;

għal total ta' 19,356 ballun.

F'din il-ħidma kien hemm koordinament sħiħ bejn it-Taqsimiet tal-Propjeta' Intelletwali tad-Dwana, il-Container Monitoring Unit u l-iScanning Team.

L-oġġetti kollha maqbuda rriżulta li huma kollha kontrafatti wara li  rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpanijiright holders rispettivi, li huma propjetarji tal-marki reġistrati (trademarks), ikkonfermaw l-illegalita’ ta’ dawn il-konsenji, u kkonfermaw ukoll li tali importazzjoni tikkontravjeni id-dritt tal-propjeta’ intellettwali. Il-kumpaniji propjetarji tal-marki reġistrati mistennija jippreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpaniji kontraventriċi f’kull każ.