A A A
Language:

Stqarrija għall-Midja: Miżuri meħuda mid-Dipartiment tad-Dwana biex jgħin fit-tnaqqis tat-tixrid ta' Covid-19

Minħabba din is-sitwazzjoni li għaddejjin minna, id-Dipartiment tad-Dwana qed jinforma lill-operaturi ekonomiċi kollha li, minn naħa tiegħu, qed jagħmel minn kollox biex jgħin fil-ġlieda kontra t-tifrix tal-Covid-19.

Għaldaqstant:

  • Mit-23 ta’ Marzu, 2020, ser tibda titħaddem sistema li tiffaċilita li jittellgħu, u jkunu aċċessati, id-dokumenti kollha marbuta mal-import declarations fin-National Import and Export Systems (NIES). L-introduzzjoni ta’ din il-miżura, fil-fatt, kienet ippjanata għat-tielet kwart tal-2020.  B’dana kollu, id-Dipartiment ħaseb biex jibdieha minn issa bil-għan li jitnaqqas il-kuntatt bejn persuna u oħra fl-isforz biex ikun imrazzan it-tixrid tal-coranavirus. Din il-miżura tapplika kemm fil-każ ta’ kontejners full load kif ukoll fejn jirrigwardja groupage consignments trasportati bil-baħar.  Fil-fatt, dan ifisser li, il-fatturi kollha, packing lists, bills of lading, notices of arrival, ċertifikati u dokumenti oħra marbuta ma’ kunsinna partikulari, għandhom ikunu mehmuża mad-dikjarazzjoni relevanti kif jidher hawn isfel:

Hu importanti li:

  • Id-Dokumenti jkun skenjati bil-kulur oriġinali;
  • Id-Dokumenti jkunu skenjati bil-qisien oriġinali;
  • L-ebda paġna jew parti minnha ma tkun imħollija barra
  • Iż-żewġ naħat tal-paġna (fejn applikabbli) ikunu skenjati;
  • Id-dokumenti skenjati jkunu ppreżentati f’wieħed minn dawn il-formati:  pdf, jpg, jpeg, tif, bmp or png; u
  • L-informazzjoni kollha tkun ċara u tinqara.

B’hekk, ikun iffaċilitat il-proċess tal-veriifika tad-dikjarazzjonijiet magħżula għall-verifika tad-dokumenti (sofor).  L-ipproċessar ta’ dawn id-dokumenti mhux ser jibqa’ jkun aċċettat fil-Customer Services Unit, il-Belt Valletta, jew fil-Verification Unit, ġo Ħal-Luqa.  Kull meta dikjarazzjoni ta’ full load container tkun magħżula għall-verifika dokumentarja, Uffiċċjali tad-Dwana li jkunu stazzjonati fil-Verification Unit ser ikunu qed jagħmlu l-verifika x’ħin l-operatur ekonomiku jibgħat emejl fl-uffiċċju tad-Dwana (verification.customs@gov.mt) bil-Local Reference Number (LRN).  Meta jkun hemm bżonn ta’ dokumenti oriġinali (per eż., EUR1, ċertifikat tal-ATR, licenzja ta’ importazzjoni), isir kuntatt mid-Dipartiment tad-Dwana  mal-operatur ekonomiku biex dan jippreżenthom personalment lil dan l-uffiċċju. Għal kull spjegazzjoni jew informazzjoni oħra, l-operatur ekonomiċi huma mitluba jikkuntattjaw lill-Customs Verification Unit (Tel. 21691450) jew jibagħtu emejl lid-Direttur, Konformita u Sistemi, (alan.mamo@gov.mt);

  • Mit-23 ta' Marzu 2020, u sakemm joħroġ avviż ieħor, l-ipproċessar tat-transit documents (T1), id-dokumenti tal-inward u outward applications, l-end-use and temporary admissions (TA), flimkien ma' appuntamenti in konnessjoni ma' export consignments li jkun magħżul għal spezzjoni fiżika, ikunu aċċettati u pproċessati biss b'mod eletroniku. Għalhekk, l-operaturi ekonomiċi kollha huma mitluba li jibagħtu t-talba tagħhom, flimkien ma' applikazzjoni skenjata (fejn applikabbli), permezz ta' imejl fuq l-indirizz ġeneriku specialprocedures.customs@gov.mt. Fil-prattika, dan ifisser li l-iSpecial Procedures Unit (SPU) ser tgħin personalment lill-esportaturi jew l-aġenti tagħhom, li jkollhom bżonn jipproċessaw ċertifikati T2L, EUR1 u ATR, biss meta dawn ikollhom bżonn ċertifikat ittimbrat u b'firma oriġinali, u mhux f'każijiet oħra. Aktar tagħrif u informazzjoni jistgħu jinġiebu billi tintbagħad imejl fuq l-indiriżż hawn fuq indikat;
  • B’effett immedjat, l-operaturi ekonomiċi kollha huma infurmati li, f'dan il-perijodu, id-Dipartiment tal-Kummerċ qed jaċċetta biss applikazzjoni permezz ta' imejl.  B'hekk, l-operaturi kummerċjali huma mitluba li jibagħtu applikazzjonijiet skenjati.  Wara, l-istess operaturi jirċievu imejl li jkollha mehmeż fiha sken tal-applikazzjoni pproċessata li tkun ukoll ikkupjata lid-Dipartiment tad-Dwana fuq l-indirizz ta' imejl ġeneriku ġdid licences.customs@gov.mt.  L-uffiċċjali tal-Customer Service Unit, fi ħdan id-Dipartiment tad-Dwana, ikollhom l-faċilita' li jaċċessaw din l-imejl. Għal aktar kjarifiċi jew tagħrif, l-operaturi kummerċjali jistgħu jikkomunikaw mal-uffiċċjal inkarigat fil-Customer Services Unit tad-Dwana, jew fuq in-numru tat-telefon 25685123 jew permezz ta' imejl fuq l-indirizz customercare.customs@gov.mt;

  • Mit-23 ta' Marzu 2020,  u b'mod mandatorju min-nhar l-Erbgħa, 1 ta' April 2020, sakemm joħroġ avviż ieħor, il-ħruġ tal-gate pass out għal containers full load jew groupage, li jkunu ħerġin mill-Freeport Terminal, għandhom isiru b'mod eletroniku. L-operaturi ekonomiċi jew il-burdnara tagħhom huma mitluba biex jiskenjaw kopja tad-dokumenti neċessarji kollha, flimkien ma' kopja tal-avviż tal-arrival/delivery order, fattura, packing list, T2L, ċertifikati, etċ u jintbgħatu permezz ta' emejl lil gatepass.customs@gov.mt.  Dan il-proċess mhux neċessarju jekk l-operatur ekonomiku jkun diġa' hemeż b'mod eletroniku dawn id-dokumenti mal-import declaration tad-Dwana.  Id-Dipartiment jipproċessa d-dokument, joħrog u jibgħat il-gate pass permezz tal-istess indirizz tal-email, filwaqt li jikkopja lill-uffiċċji tad-Dwana ġewwa l-Freeport.  Id-Dipartiment iżomm id-dritt li jitlob id-dokumenti oriġinali fejn iħoss li jkun neċessarju.  L-operatur ekonomiku hu mitlub li jistampa il-gate pass u jippreżentah fil-Freeport Gate. Informazzjoni addizzjonali tista' tintalab mingħand Ms Rachelle Fiorini fuq l-indirizz tal-emejl customercare.customs@gov.mt,

  • Mit-12 ta’ Marzu, 2020, id-Dipartimnt tad-Dwana ssospenda it-taħriġ kollu, li jsir f’ambjent ta’ klassi, għall-impjegati tiegħu u l-operaturi ekonomiċi;

  • Mit-13 ta’ Marzu, 2020, id-Dipartiment tad-Dwana temporanjament issostitwixxa l-proċedura manwali ta’ Aworizzazzjoni ta’ Fuel Stores tal-bastimenti bi proċedura ibbażata fuq l-użu ta’ imejl;

  • Mis-16 ta’ Marzu, 2020, id-dħul f’uffiċċji li jaqdu n-nies beda jiġi ristrett għal persuna waħda f’kull waqt, kull viżita qed tinżamm rekord tagħha, filwaqt li kull viżitatur qed jintalab jissanitizza ruġu qabel jidħol fl-uffiċċji; u

  • Mis-16 ta’ Marzu, 2020, is-serviżż li d-Dipartiment tad-Dwana jipprovdi mill-Business 1st ġie sospiż.