AVVIŻ MAĦRUĠ MID-DIPARTIMENT TAD-DWANA
Batteriji
Ma ddaħlet l-ebda sisa fuq il-batteriji. Anzi, l-eko-kontribuzzjoni fuqhom se titneħħa mill-1 ta' Jannar 2017. Fil-bidu tas-sena d-dieħla, l-ERA se tintroduċi skema li tikkonċerna l-ġbir u r-rimi tal-batteriji skont kif mitlub mid-Direttiva Ewropeja tal-batteriji.
Toiletries
- fwieħa, toilet waters, aftershave etc; - make-up u prodotti tal-ġilda pero esklużi prodotti li huma medikamenti; - prodotti tax-xagħar; - sapun u deodoranti; u - room deodorisers.
Xarbiet non-alkoħoliċi
Garbage bags
Siment
- ddaħlet taxxa ġdida tas-sisa fuq pre-fabricated concrete structures pero ġew esklużi dawk li fil-manifattura tagħhom ikun intuża siment u vireg tal-ħadid li fuqhom tkun diġa’ tħallset it-taxxa tas-sisa. B’din il-miżura operaturi lokali fl-industrija tal-kostruzzjoni mhux ser jibqgħu suġġetti għal kompetizzjoni inġusta minn kuntratturi barranin, li sabu toqba minn fejn jgħaddu billi jdaħħlu fil-pajjiż strutturi lesti tal-konkrit u b’hekk ikunu evitaw is-sisa fuq is-siment;
- għaldaqstant, is-sisa fuq tali strutturi qieġħda tkopri s-siment u l-ħadid li jkollhom fihom. Strutturi simili li jiġu manufatturati lokalment qed jiġu eżentati. B’dan il-metodu nserrħu rasna illi dawk manufatturati lokalment ma jkunux suġġetti għal taxxa doppja u dawk impurtati minn barra ma jibqgħux jgħaddulna mit-toqba li fetħu.
Prodotti tat-tabakk
Heating Fuel
- il-fuel li jinxtara għal skop ta’ heating ser jibqa’ jiġi ntaxxat kif kien, b’rata mnaqqsa b’aktar minn 50%. Madankollu, biex tinqata’ kull possibilita’ ta’ abbuż, li jwassal għal kompetizzjoni inġusta u telf ta’ erarju għall-Gvern, mill-lum, kif espress fl-Abbozz ta’ Liġi tal-Implimentazzjoni tal-Baġit ippreżentat il-bieraħ, iddaħħlet sistema ta’ rifużjoni minflok is-sistema ta’ rata aktar baxxa; fuq l-istess mudell li qiegħed jitħaddem bħalissa rigward id-diesel li jintuża fil-qasam marittimu. B’hekk l-benefiċjarji leċti kollha se jibqgħu igawdu minn din ir-rata baxxa fl-istess ħin li jinqatgħu l-abbużi;
- sptarijiet pubbliċi, djar tal-anzjani pubbliċi, il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, entitajiet sportivi, filantropiċi u reliġjużi awtorizzati mill-Ministru għall-Finanzi, kif ukoll fran tal-ħobż sa massimu ta’ litri kull xahar meħtieġa skond kif iċċertifikat minn mechanical engineer kwalifikat, ser jibqgħu intitolati li jixtru dan il-fuel b’rata ridotta mill-ewwel; u
- riċevituri leċti ta’ heating fuel intitolati għal rifużjoni ser jieħdu r-rifużjoni tagħhom fi żmien ħames ġimgħat minn meta ssir it-talba, l-istess kif qiegħed isir bħalissa fuq diesel li jintuża fil-qasam marittimu; u
- din hi miżura fiskalment newtrali u l-iskop tagħha huwa biss wieħed ta’ infurzar aħjar.
.