DIPARTIMENT TAD-DWANA
13 t’Ottubru 2015
Stqarrija għall-Medja (Verżjoni bil-Malti: Avviż lill-importaturi u produtturi ta’ oġġetti ġodda li ġew suġġetti għas-sisa mil-lum 13 t’Ottubru 2015
Kif ġie mħabbar il-bieraħt lura mill-Gvern fid-diskors tal-Baġit 2016, mit-13 t’Ottubru 2015, il-Gvern introduċa t-taxxa tas-sisa fuq l-ilma bbottiljat, xarbiet non-alkoħoliċi, chewing gum u boroż u basktijiet tal-plastik minflok l-eko-kontribuzzjoni li kien hemm fuq il-kontenituri tagħhom.
Id-Dazju tas-Sisa jista’ jitħallas taħt żewġ proċeduri:
(i) jew meta l-oġġetti jiġu mpurtati f’Malta u dawn jiġu rilaxxati bil-proċess dirett,
(ii) jew fi żmien 90 ġurnata mid-data ta’ rilaxx għall-konsum minn ġewwa maħżen tas-sisa taħt sospensjoni mit-taxxa.
Dwar l-ewwel proċedura, l-importaturi għandhom jgħaddu d-dikjarazzjoni tagħhom fis-sistema elettronika tad-Dwana (CES), irrispettivament minn fejn ġej l-oġġett, u jħallsu s-sisa dovuta minnufih.
Dwar it-tieni proċedura, l-importaturi għandhom jgħaddu d-dikjarazzjoni biex ikunu jistgħu jaħżnu l-merkanzija tagħhom u b’hekk l-oġġett ikun jista’ jiġi maħżun fl-imħażen tas-sisa taħt it-taxxa sospiża, imbagħad iħallsu s-sisa dovuta 90 ġurnata mid-data ta’ rilaxx għall-konsum.
Huwa mifhum li din tal-aħħar hija probabbli l-aktar proċedura vantaġġjuża għall-importaturi u b’hekk wieħed jassumi li l-importaturi ser jagħżlu li joperaw biha.
Produtturi lokali għandhom jadottaw it-tieni proċedura, jiġifieri għandhom japplikaw għall-Liċenzja ta’ Kustodju ta’ Maħżen tas-Sisa
Għalhekk, dawk l-importaturi li jixtiequ japplikaw għall-Liċenzja ta’ Kustodju ta’ Maħżen tas-Sisa, anke jekk diġa’ għandhom il-Liċenzja ta’ Maħżen tad-Dwana, għandhom immedjatament jikkuntattjaw lid-Dipartiment tad-Dwana, Sezzjoni Sisa (T. 25685200) biex jibdew il-proċedura għar-reġistrazzjoni.
Id-Dipartiment tad-Dwana javża li s-Sezzjoni tas-Sisa toffri s-servizzi tagħha lill-importaturi anke is-Sibtijiet mit-8 ta’ fil-għodu sa nofsinhar.