Fil-ħin li ġej il-Pulizija ser tipproċedi kriminalment kontra persuna ta' 29 sena minn Ħal-Qormi talli l-bieraħ 19 ta' Lulju 2018, ġewwa San Pawl il-Baħar, wara ntervent u tfittxija li saret mill-Uffiċjali tal-Pulizija, u sussegwentament minn membri tat-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, f’vettura tal-għamla Fiat Ducato, li ġiet interċettata fl-akwata magħrufa bħala Tal-Veċċja, instab Ii kellu fil-pussess u l-kontroll tiegħu, kif ukoll laqa' għandu, żamm kif ukoll kellu b'xi mod x'jaqsam fil-ġarr, twarrib, ħabi jew depozt ta' sigaretti bla dazju, fi kwantita' kif deskritt hawn taħt, u dan, bil-ħsieb li jiġi ffrodat il-Gvern minn Dazji u t- Taxxa Ii jkun imiss jitħallsu fuqhom, jew biex tinħeles xi projbizzjoni jew limitazzjoni tad-Dwana dwar dawn il-1,087,000 sigarett kif ġej:
• 31 kaxxa b'50 kartuna b'200 sigarett kull kartuna kull kaxxa - Business Kings Red;
• 27 kaxxa b'50 kartuna b'200 sigarett kull kartuna kull kaxxa - Business Kings Lights;
• 25 kaxxa b'50 kartuna b'200 sigarett kull kartuna kull kaxxa - Business Royals King Size;
• 25 kaxxa b'50 kartuna b'200 sigarett kull kartuna kull kaxxa - Richman;
• 22 kartuna b'200 sigarett kull kartuna - Business Kings Lights;
• 13-il kartuna b'200 sigarett kull kartuna - Richman
Dawn is-sigaretti, li l-importazzjoni u l-pussess tagħhom hurna pprojbiti u/jew ristretti u/jew limitati, għandhom valur totali ta' €81,523.00, b’Dazju tas-Sisa dovut ta' €190,072.82, kif ukoll Dazju ta' Importazzjoni u Taxxa fuq il-Valur Miżjud (V.A.T.) li jammontaw għal €18,157.25 u €43,155.55 rispettivament, fejn liema Dazji u Taxxa ma kienux ġew imħallsa u/jew kawtelati.
Is-sigaretti u l-vettura in kwestjoni ġew maqbuda b’Noti ta' Qbid Numru 118/2018 u 119/2018 rispettivament.