A A A
Language:
Home / News

News

Stqarrija għall-Medja: Riżultati inkoraġġanti mid-Dwana fl-ewwel għaxar xhur tas-sena

Fl-ewwel għaxar xhur tal -2018 (Jannar sa Ottubru), id-Dipartiment tad-Dwana kompla jirreġistra riżultati inkoraġġanti f’dak li hu infurzar hekk kif ġew rappurtati l-qabdiet kif spjegat fl-istatistika ta’ hawn taħt:

Statistika ta’ qabdiet

11,450 kilogrammi (11.45 tunnellata) kannabis u 5 kilogrammi kokaina;
50,300,000 sigaretti tal-kuntrabandu u 147.25 kilogramm tabakk;
48,000,000 oġġett kontrafatt (counterfeit);
26 pakkett mill-posta b’ammonti żgħar ta’ droga li ġew riferuti lill-Pulizija;
2 dgħajjes u 6 karozzi ġew maqbuda u miżmuma mid-Dwana;

3,595 flixkun inbid u xorb alkoħoliku;
84 kaxxa mimlija pipe fittings; 
64 pakki mimlija basktijiet tal-plastik; u
3 ornamenti tal-ivorju 
 
Analiżi tal-figuri juri li paragun mas-sentejn ta’ qabel id-Dipartiment tad-Dwana qed iżid minn sena għall-oħra ir-riżultati tiegħu, u dan hu konferma li ż-żieda fl-investimenti teknoloġiċi u fir-riżorsa umana qed iħalli l-frott tiegħu.

Seizures of counterfeit Goods

2016 – 19 million items

2017 – 20 million items

2018 – 48 million items

Cigarette Seizures

2016 -10.3 million cigarettes

2017 – 31.2 million cigarettes

2018 – 50.3 million cigarettes

Seizures of Narcotics

2016 – 32.5 kgs

2017 – 456 kgs

2018 – 11,250 kgs

Intant, biex seta’ jasal għal dawn ir-riżultati, id-Dipartiment tad-Dwana esegwixxa numru ta’ spezzjonijiet kif elenkat hawn isfel:

Statistika operattiva

177,642 spezzjonijiet f’bagalji b’apparat ta’ x-ray; 
16,881 kontejner li ġew eżaminati bil-container scanner;
20,917 tfittxija fiżika f’bagalji tal-passiġġieri;
5,982 titjira ġew magħżula għal spezzjonijiet estensivi;
3,697 spezzjoniji għal flus mhux dikjarati u nzammu €73,800 fi flus kontanti;
2,127 spezzjoni fuq vetturi mal-wasla minn Sqallija, li minnhom 454 vettura rrizulta li kellhom merkanzija x’jiddikkjaraw;
969 tfittxija fi ħwienet;
367 spezzjoniji ta’ solveljar fil-port għal movimenti ta’ kuntrabandu tal-fuel li minnhom ġew elevati 60 kampjun ta’ fuel għall-analizi;
153 tfittxija fuq il-persuna ta’ passiġġieri mal-wasla tagħhom f’Malta;
84 operazzjonijiet ta’ tfittxija konġunti ma Spetturi tal-VAT u/jew mal-Pulizija;
21 tfittxija abbord ajruplani mal-wasla fl-ajruport; u
51-il operazzjoni ta’ tfittxija fi swieq miftuħa.
 

Id-Dipartiment tad-Dwana għal darba oħra jtenni li l-kuntrabandu huwa reat kriminali serju ħafna li, f’każ ta’ ħtija quddiem il-Qorti, iġorr miegħu penali fiskali ħorox, konfiska tal-mezz tal-ġarr, konfiska tal-mezz tal-ħażna u, saħansitra, anki kkunsidrata piena karċerarja. Ikompli jappella għall-għajnuna tal-pubbliku billi jċempel b’mod anonimu fuq 2568 5124 jew 2568 5200.