Wara ħidma koordinata bejn diversi Taqsimiet tad-Dwana, fosthom il-Container Monitoring Unit, l-Intellectual Property Rights Unit u l-iScanning Team, u li fiha sar użu wkoll mill-iscanner tad-Dipartiment, ġew interċettati żewġ containers li nstabu mimlija sigaretti tal-kuntrabandu meta kienu iddikjarati li qed iġorru għamara tal-bamboo (qasab).
Kull container irriżulta li kien qed iġorr 7,680,000 sigarett. Il-containers oriġinaw mill-Vietnam u kienu fi triqithom lejn il-Kroazja.