A A A
Language:
Home / News

News

Media Release: Id-Dwana tinterċetta container fil-Freeport b’26,688 qalziet tal-jeans kontrafatti (foloz)

Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Propjeta' Intellettwali nterċettaw container fil-Freeport li kien qed iġorr 26,688 qalziet tal-jeans ta' ditta rinomata li pero rriżultaw li kienu kontrafatti (foloz).
Rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpanija right holder, li hija propjetarja tal-marka reġistrata (trademarks), ikkonfermaw l-illegalita’ ta’ din il-konsenja, u kkonfermaw ukoll li tali importazzjoni tikkontravjeni id-dritt tagħhom ta' propjeta’ intellettwali. Il-kumpanija mistennija tippreżenta rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpanija kontraventriċi.