A A A
Language:
Home / News

News

Media Release: 9,500 flixkun vodka maqbuda mid-Dwana f’container fil-Freeport

 
Wara ħidma koordinata bejn żewġ Taqsimiet tad-Dwana, il-Container Monitoring Unit u l-iScanning Team, u li fiha sar użu wkoll mill-iscanner tad-Dipartiment, ġie interċettat container fil-Freeport li nstab mimli flieken tal-vodka bil-kuntrabandu.
   
Il-container, li hu tal-20 pied, kien iddikjarat li qed iġorr xkejjer bil-gypsum powder, mill-port ta’ Odessa, lejn il-port ta’ El Khoms, fil-Libja, b’waqfa f’Malta.
 
Irriżulta, mill-immaġni tal-iscanner, li fil-fatt il-containerkellu ndana ta’ xkejjer u moħbija warajhom kien hemm kaxxi tal-kartun mimlija flieken tal-vodka. L-ammont ta’ vodka moħbija kien ta’ 9,500 flixkun tal-litru, li t-taxxa duvuta fuqhom hu kkalkulat li tlaħħaq il-€61,000.
 
Id-Dipartiment tad-Dwana jinsab għaddej b’aktar investigazzjonijiet fuq dan il-każ u qiegħed jikkollabora ma’ Dwaniet internazzjonali.