A A A
Language:
Home / News

News

Stqarrija għall-Midja – Id-Dipartiment tad-Dwana joffri għall-bejgħ diversi oġġetti

Stqarrija għall-Midja – Id-Dipartiment tad-Dwana joffri għall-bejgħ diversi oġġetti

Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ diversi oġġetti tali kwali, ġarr u tneħħija tagħhom, fosthom inbejjed u xorb alkoħoliku, oġġetti tad-dar, prodotti tas-sbuħija, oġġetti elettroniċi, ħwejjeġ, parts tal-karozzi u blokki tal-pavimentar tal-bankini. B’kollox hemm 132 lott li huma kif ġej:
  • 99 lott ta’ xorb alkoħoliku;
  • 27  lott ta’ inbid;
  • 5 lottijiet ta’ oġġetti mixxellanji fosthom oġġetti tad-dar, prodotti tas-sbuħija, oġġetti elettroniċi, ħwejjeġ u parts tal-karozzi; u
  • lott wieħed blokki tal-pavimentar tal-bankini.
L-offerti jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali ġewwa l-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa bejn it-Tnejn 8 ta’ Marzu 2021 u l-Ħamis 11 ta’ Marzu 2021 mit-8am sa nofsinhar u miis-1pm sal-4pm, u l-Ġimgħa 12 ta’ Marzu 2021, mit-8:00am san-12:00pm.

Biex wieħed jara lott,  jiġbor formuli tal-offerti jew irid iktar informazzjoni fejn jeħtieġ, jista’ jaċċessaha mill- Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa, jew inkella jċempel fuq in-numru tat-telefown 21237209 matul l-istess ġranet u ħinijiet imsemmija hawn fuq.

Press Release – The Customs Department is organising another Sale by Tender

The Customs Department is organising another sale by tender, consisting of wine and alcohol products, household goods, beauty products, electronic goods, clothing, car parts and concrete paving blocks.
Sealed Tenders for the tale quale purchase, and removal, for the following lots:
  • 99 Lots of Assorted Alcoholic Products;
  • 27 Lots of Assorted Wine products;
  • 5 Lots of Miscellaneous goods (household goods, beauty products, electronic goods, clothing and car parts); and
  • 1 lot of  concrete paving blocks
will be received by the Director General (Customs) at the Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa from Monday 8th March 2021 until Thursday 11th March 2021 from 8am till 12 noon and from 1pm till 4pm and on Friday 12th March 2021 from 9am till 12noon.

Viewing of lots, collection and submission of Tenders Forms and further information if required, can be obtained from Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa or on  Tel: 21237209 during same dates and times as indicated above.