Language:
A A A

Noticeboard

AVVIŻ MAĦRUĠ MID-DIPARTIMENT TAD-DWANA - Heating Fuel

AVVIŻ MAĦRUĠ MID-DIPARTIMENT TAD-DWANA 

Heating Fuel

 Ir-rata tal-heating fuel ma nbidlitx. Operaturi fil-qasam tal-fuel, flimkien ma’ rappreżentanti tagħhom mill-Kamra tal-Kummerċ u l-GRTU, avviċinaw lill-Gvern jilmentaw minn kompetizzjoni inġusta kaġun ta’ użu illeċtu ta’ diesel li jinxtara b’rata mraħħsa b’aktar minn 50 fil-mija, u li, minflok jintuża biex wieħed isaħħan, jista’ jagħti l-każ li kien qiegħed jintuża bħala propellant. Għalhekk, inżammu numru ta’ laqgħat bejn dawn ir-rappreżentanti u d-Dipartiment tad-Dwana, u ntlaħaq ftehim kif ġej: 

  • il-fuel li jinxtara għal skop ta’ heating ser jibqa’ jiġi ntaxxat kif kien, b’rata mnaqqsa b’aktar minn 50%. Madankollu, biex tinqata’ kull possibilita’ ta’ abbuż, li jwassal għal kompetizzjoni inġusta u telf ta’ erarju għall-Gvern, mill-lum, kif espress fl-Abbozz ta’ Liġi tal-Implimentazzjoni tal-Baġit ippreżentat il-bieraħ, iddaħħlet sistema ta’ rifużjoni minflok is-sistema ta’ rata aktar baxxa; fuq l-istess mudell li qiegħed jitħaddem bħalissa rigward id-diesel li jintuża fil-qasam marittimu. B’hekk l-benefiċjarji leċti kollha se jibqgħu igawdu minn din ir-rata baxxa fl-istess ħin li jinqatgħu l-abbużi; 
  • sptarijiet pubbliċi, djar tal-anzjani pubbliċi, il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, entitajiet sportivi, filantropiċi u reliġjużi awtorizzati mill-Ministru għall-Finanzi, kif ukoll fran tal-ħobż sa massimu ta’ litri kull xahar meħtieġa skond kif iċċertifikat minn mechanical engineer kwalifikat, ser jibqgħu intitolati li jixtru dan il-fuel b’rata ridotta mill-ewwel; u 
  • riċevituri leċti ta’ heating fuel intitolati għal rifużjoni ser jieħdu r-rifużjoni tagħhom fi żmien ħames ġimgħat minn meta ssir it-talba, l-istess kif qiegħed isir bħalissa fuq diesel li jintuża fil-qasam marittimu. 

Din hi miżura fiskalment newtrali u l-iskop tagħha huwa biss wieħed ta’ infurzar aħjar.

This website uses cookies to improve your browsing experience. By continuing to use this website you are giving consent to cookies being used.